Lokali

“Ejjew inkomplu nsaħħu lil pajjiżna” – Bernard Grech

“Ejjew ħa niltaqgħu u nitkellmu, il-familja qed tkompli tikber biex insaħħu l-pajjiż tagħna”.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ħadd filgħodu l-Kap tal-PN Bernard Grech meta qatta’ l-għodwa jiltaqa’ man-nies f’lokalitajiet varji – minn Ħaż-Żabbar sal-Mosta, minn San Pawl il-Baħar sa Ħaż-Żebbuġ u Ħal Luqa. Kulħadd kelma waħda. In-nies, iridu bidla fil-Gvern.

Fejn huwa insista illi l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiżgura kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu, fejn anke elenka l-fatt li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed isaħħaħ il-konnettività bejn il-Gżejjer Maltin.

Waqt dawn iż-żjarat, Bernard Grech kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN Charles Bonello, li ukoll kellu l-opportunità jisma’ dak li kellhom xi jgħidu n-nies…li tkellmu b’mod pożittiv dwar il-fatt li l-PN qed ikompli jissaħħaħ. Xhieda ta’ dan kienet il-protesta organizzata fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd li għadda.

Intant, Bernard Grech appella wkoll sabiex kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista, llum, waqt il-maratona ġbir ta’ fondi..mid-dar, u anke fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.