“B’xi mod, b’dan it-tkabbir kollu, fl-2025 f’pajjiżna huwa inaċċettabli li b’xi mod dawn il-flus mhux qed jilħquhom, Maltin li qed jirrikorru għas-soup kitchens. F’dan il-pajjiżna fejn l-ekonomija li sejra tajba, dan il-Gvern tal-ħaddiema, bilfors li xi ħaġa mhix sejra tajba.”
Kien dan li qal il-Viċi Kap tal-PN, Alex Perici Calascione f’dibattitu li kellu mad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Ian Borg fuq ONE TV. Perici Calascione fakkar kif il-Partit Nazzjonalista ppreżenta għadd ta’ proposti li l-Partit Laburista għażel li b’pika politika jivvota kontriehom.
“Aħna qed nitkellmu dwar l-aħħar 12-il sena. L-aħħar budget li ppreżenta l-PN ftit qabel l-elezzjoni ta’ dakinhar, il-PL ivvota kontrieh. Tela’ fil-Gvern u reġa’ ppreżentah prattikament l-istess. Ir-risposta qed intihilek b’dak li għamel il-PL stess.”
Mistoqsi mill-preżentatur kieku Partit Nazzjonalista x’jagħmel għall-ekonomija ta’ pajjiżna, Alex Perici Calascione spjega kif hemm ħafna x’isir għall-ġid tal-poplu.
“Jekk tkunu intom fil-Gvern x’tagħmlu fl-aspett ekonomiku?
Il-wegħda kienet li l-faqar jiġi eredikat. Għandek faqar ġdid, numru ta’ nies li l-pensjoni mhix qed tlaħħaq. Iż-żgħażagħ li jiġu għall-ewwel darba biex jixtru propjetà qed imissu mar-realtà.”
//= $special ?>