“Il-pajjiż jixraqlu li jkollu gvern alternattiv, u għalhekk se nagħmel l-għalmu tiegħi sabiex naħdmu għall-pajjiż aħjar”.
Hekk iddikjara s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello f’intervista li saritlu fl-ewwel maratona tiegħu f’din il-kariga.
Fejn spjega illi s-sentiment tal-poplu rajnih fl-elezzjoni ta’ Ġunju, li wera li tilef il-fiduċja lill-Partit Laburista, u għaldaqstant żiedet il-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista.
Intant, huwa appella, sabiex qabel naraw dak li għandu jagħmel ħaddieħor, irridu nħarsu lejn dak li suppost qed nagħmlu kull wieħed u waħda minnha personalment, dan sabiex ikollna pajjiż li verament huwa apprezzat f’fora differenti madwar id-dinja.
Charles Bonello spjega wkoll li qed isiru d-diskussjonijiet sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-proposti fuq work-life balance, konettività bejn il-gżejjer Maltin u l-għoli tal-ħajja fost oħrajn.
//= $special ?>