Inter fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fuq Atalanta biex b’hekk fetħu wkoll vantaġġ ta’ sitt punti fuq l-istess Atalanta. Carlos Augusto poġġa lil Inter fil-vantaġġ fl-54 minuta. Atalanta sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Ederson. Lejn it-tmiem kien Lautaro Martinez li għamel l-iskor 2-0. Lejn it-tmiem Inter ukoll sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Alessandro Bastoni.
Żelqa oħra mhux mistennija għal Napoli fit-taqtiegħa għar-rebħ tal-kampjonat meta temmew biss fi draw ta’ 0-0 kontra Venezia.
Juventus sofrew telfa oħra pjuttost umiljanti wara t-telfa ta’ 4-0 il-ġimgħa li għaddiet kontra Atalanta, din il-ġimgħa sofrew telfa ta’ 3-0 kontra Fiorentina. Robin Gosens poġġa lill-Viola wara kwarta logħob. Tliet minuti wara Rolando Mandragora għamilhom 2-0. Il-partita ngħalqet fit-53 minuta permezz ta’ Albert Gudmundsson.
Rebħa mpressjonanti għal Bologna ta’ 5-0 fuq Lazio, liema rebħa tpoġġijhom fir-raba’ post tal-klassifika. Il-gowls ta’ Bologna kienu skorjati minn Jens Odgaard, Riccardo Orsolini, Dan Ndoye, Santiago Castro u Giovanni Fabbian.
Rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 għal Cagliari bil-gowl deċiżiv jasal fit-62 minuta permezz ta’ Artem Dovbyk.
//= $special ?>