Colin Schembri
Hibernians 57
Betsson Depiro 89
(12-25)(13-17)(16-27)(16-20)
Betsson Depiro għamlu l-ewwel pass għal post fil-finali hekk kif fl-ewwel semi-finali tal-play-offs għelbu lil Hibernians. L-Amerikana ta’ Depiro Janai Crooms tibqa tkun player dominanti hekk kif għal darb’oħra spiċċat b’double double b’16 –il rebound u 34 punt u se tkun għadma iebsa għal kull avversarju. Hibs kellhom ukoll l-isfortuna li jitilfu lil captain Steffi De Martino b’injury fit-tieni sessjoni u ma komplietx il-partita. Minkejja dan, il-bidu tal-partita kien bilanċjat bit-team ta’ Hibs jieħdu l-uniku vantaġġ tagħhom bil-punti ta’ De Martino u Andie Saliba. Depiro apparti l-punti ta’ Crooms, kellhom ukoll trippla minn Julia Borg hekk kif qalbu r-riżultat favurhom 11-5. De Martino wieġbet bi trippla għal Hibs qabel ma Depiro għamlu run ta’ 11-2 bil-punti ta’ Crooms, Claire Ciantar u trippla ta’ Nicole Agius biex temmew l-ewwel sessjoni 25-12 minn fuq. Fit-tieni taqsima kien hemm aktar bilanċ fejn wara li Depiro kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Ciantar u Joselle Borg Cardona, Hibs kellhom trippla ta’ De Martino u punti minn Ashiala Jackson u Maria Bonett. Depiro għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Kristy Galea u fl-intervall kienu 42-25 minn fuq.
Fil-bidu tat-tielet sessjoni kien hemm trippla fuq kull naħa bid-Depiro jkomplu b’sitt punti oħra mingħajr risposta. Punti minn Julija Dabic u Saliba waqqfulhom ir-run għal xi ħin għaliex aktar ‘l quddiem, Depiro komplew iżidu l-punteġġ tagħhom din id-darba bi trippli minn Agius u Borg għal skor ta’ 69-41. Fl-aħħar sessjoni Depiro fetħu vantaġġ massimu ta’ 34 punt bil-punti kontinwi ta’ Galea u Borg b’din tal-aħħar tagħmel trippla. Hibs kellhom il-punti minn Jackson però ftit li xejn setgħu ikampaw kontra l-qawwa tad-Depiro li finalment rebħu l-partita 89-57.
Hibs: M. Buhagiar 4, E. Farrugia. E. Cassar, A. Saliba 10, J. Abela 2, M. Bonnett 10, S. De Martino 10, K. Calleja, N. Farrugia, A. Jackson 11, K. Caruana, J. Dabic 8.
Betsson Depiro: N. Agius 13, J. Borg Xerri, J. Mallia 2, L. Sciberras, No. Agius, C. Ciantar 7, J. Borg 15, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 11, J. Borg Cardona 7, J. Crooms 34.
Referees: Nicky Azzopardi, Miguel De Flavia, Nelson Da Silva
Caffè Moak Luxol 63
Starlites JSD 76
(13-22)(16-17)(22-22)(13-15)
Starlites kisbu l-ewwel rebħa fis-semifinali tal-play-offs meta b’wirja mill-aqwa għelbu lil Caffè Moak Luxol 76-63. Kienet wirja difensiva tajba ferm mill-players ta’ Peter Shoults speċjalment fuq l-Amerikana ta’ Luxol Brandi Huffhines fejn illimitawha għall-10 punti. Minn naħa l-oħra kien hemm il-prestazzjoni stupenda ta’ Michela Zammit Cordina u Makaila Napoleon li bejniethom qasmu 51 punt.Il-partita fetħet bi trippla fuq kull naħa minn Huffhines u Zammit Cordina. Starlites komplew b’run ta’ 9-2 li rathom imorru ħames punti minn fuq 12-7. Wara risposta minn Josephine Diaby, Starlites kellhom il-punti ta’ Napoleon u trippla ta’ Sasha Lecuyer. Sarah Pace ukoll għamlet trippla għal Luxol però kienu Starlites li temmew l-ewwel sessjoni minn fuq 22-13. Starlites fetħu t-tieni perjodu b’sitt punti mingħajr risposta u kabbru l-vantaġġ għal 15 -il punt. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet primarjament minn trippli ta’ Pace u Lisa Fenech Pace però eżatt qabel tmiem it-taqsima, kien hemm trippla ta’ Zammit Cordina għal skor ta’ 39-29 favur Starlites.
Fill-ftuħ tat-tielet sessjoni, Luxol tħabtu biex jerġgħu jersqu viċin u kienet Diaby li kisbet punti konsekuttivi għalijhom. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet minn trippli ta’ Lecuyer u Zammit Cordina qabel ma Luxol komplew inaqqsu d-distakk bill-punti ta’ Anna u Sarah Fenech Pace. Hawn però Starlites reġgħu għamlu run ta’ 9-3 biex assiguraw li jibdew l-aħħar taqsima b’vantaġġ b’figuri doppji 61-50. Hawn Starlites issiġillaw ir-rebħa tagħhom b’aktar trippli minn Napoleon u Zammit Cordina u fetħu vantaġġ ta’ 18 -il punt 72-54. Sa’ tmiem is-sessjoni, kien hemm punti fuq kull naħa biex Starlites żammew il-vantaġġ u ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 76-63.
Caffè Moak Luxol: G. Carabott 3, S. Pace 11, L. Fenech Pace 7, N. Vella, J. Said, S. Fenech Pace 7, J. Diaby 13, B. Huffhines 10, V. Baldacchino 3, S. Sciberras, R. Naudi, A. Fenech Pace 9.
Starlites JSD: S. Lecuyer 13, M. Riolo, C. Cilia, P. Riolo 2, M. Zammit Cordina 24, L.M. Zammit, M. Napoleon 27, E. Degiorgio, F. Vella, Y. Ferrando, C. Curmi 4, Y. Bonnett 6.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Fiorentina Ciurariu, Wendell Lim
//= $special ?>