Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Emilio De Leo ħabbar l-iskwadra finali ta’ 26 plejer tat-tim nazzjonali li se jkun qed jilgħab l-ewwel partita tiegħu minn Grupp G fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Finlandja fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Tispikka l-għażla ta’ De Leo li jagħżel il-plejers kollha Maltin li huma disponibbli għalih u li qed jilagħbu barra l-pajjiż. De Leo għażel ukoll li jżomm żewġ żgħażagħ promittenti fl-iskwadra finali, Jake Azzopardi ta’ Valletta kif ukoll Mattia Veselji li qed jilgħab fis-Serbja ma’ FK Smederevo 1924.
L-iskwadra finali hija:
Goalkeepers: Rashed Al Tumi (FC Sheriff Tiraspol), Henry Bonello (Ħamrun Spartans FC), James Sissons (Melita FC).
Difensuri: Myles Beerman (Sliema Wanderers FC), Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Steve Borg (Ħamrun Spartans FC), Ryan Camenzuli (Ħamrun Spartans FC), James Lee Carragher (Wigan Athletic FC), Adam Magri Overend (Sliema Wanderers FC), Zach Muscat (Sanliurfaspor ), Enrico Pepe (Gżira United FC), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana FC), Kurt Shaw (Hibernians FC).
Midfielders: Jake Azzopardi (Valletta FC), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna), Brandon Diego Paiber (Valletta FC), Steven Pisani (Sliema Wanderers FC), Alexander Satariano (Birkirkara FC), Teddy Teuma (Stade de Reims FC).
Attakkanti: Joseph E. Mbong (Ħamrun Spartans FC), Paul Mbong (Birkirkara FC), Kyrian Nwoko (Sliema Wanderers FC), Basil Tenywa Tuma (Reading U21), Mattia Veselji (FK Smederevo 1924), Trent Anthony Buhagiar (Kapaz P.F.K.), Chouaref Ilyas (FC Sion).
//= $special ?>