59 huma l-persuni li sfaw mejta wara li stabbiliment tad-divertiment inħakem minn nirien fil-Maċedonja ta’ Fuq.
Traġikament, sa issa huma minn tal-inqas 59 mejta, b’aktar minn 155 feruti bi 18-il persuna għadhom fi stat kritiku. L-inċident seħħ fit-3am tal-Ħadd.
Skont rapporti internazzjonali jidher illi kien nar pirotekniku li nħaraq propju fl-istabbiliment li kkawża dan in-nirien..b’konsegwenza li kienu propja 51 mejta u 100 oħra feruti, b’numru ta’ helicopters jieħdu lil feruti l-isptar ta’ Skopje, l-Belt Kapitali tal-Macedonja ta’ fuq.
Id-direttur tal-isptar ta’ Kocani Kristina Serafimova qalet li kien hemm diffikulta biex il-pazjenti jiġi identifikati minħabba nuqqas ta’ karti tal-identità. Fl-aħħar il-vittmi kellhom bejn 14 u 24.
Intant, l-awtoritajiet ħarġu mandat għall-arrest ta’ 4 irġiel b’rabta mal-investigazzjonijiet tagħhom.