Futbol Sport

Newcastle jirbħu l-Carabao Cup, l-ewwel tazza domestika wara 70 sena

Newcastle United rebħu l-finali tal-Carabao Cup b’rebħa ta’ 2-1 fuq Liverpool biex b’hekk irnexxielhom jirbħu l-ewwel tazza domestika sa mill-1969 meta dakinhar rebħu l-Old Fairs Cup.

It-tim ta’ Eddie Howe deher li jrid il-partita aktar mill-avversarji iżda l-gowl tal-vantaġġ wasal eżatt qabel il-mistrieħ meta kien corner ta’ Kieran Trippier li sab lil Dan Burn waħdu l-għola bir-ras fuq kulħadd u xeħet wara Caoimhin Kelleher.

Għal Burn din kienet ġimgħa mill-aqwa hekk kif nhar il-Ġimgħa irċieva l-ewwel sejħa fl-iskwadra finali tat-tim nazzjonali Ingliż imexxija minn Thomas Tuchel.

Intant wara l-mistrieħ, Newcastle ħasbu li rrduppjaw iżda l-gowl ta’ Alexander Isak kien imħassar permezz tal-VAR. Ftit tal-ħin wara iżda, Isak skorja t-tieni gowl fit-52 minuta.

Liverpool naqsu l-iskor fir-raba’ minuta minn tmienja tal-ħin mogħti żejjed permezz ta’ Federico Chiesa.