Kenneth Vella
Id-disa’ u l-għaxar laqgħa tal-istaġun li saru fi tmiem il-ġimgħa fil-Marsa inkludew wieħed u għoxrin tiġrija tat-trott, fosthom il-finali tal-kampjonat MRTL għal żwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m u seba’ heats mill-kampjonat prestiġjuż tat-Tazza l-Kbira għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Il-finali Bronze ntrebħet minn Professor taħt il-gwida ta’ Jason Vassallo filwaqt li għal sena oħra t-Tazza l-Kbira qiegħed tiġi organizzata bl-għajnuna tal-Bank Of Valletta.
Fil-finali tal-klassi Bronze ġrew b’kollox ħdax-il żiemel. Idillico Sarr (Joseph Scerri) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ ta’ tul minn Ikarus Fligny (Charles Camilleri) u Professor (Jason Vassallo). Dawra mit-tmiem Idillico Sarr (Joseph Scerri) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ ta’ tul minn Ikarus Fligny (Charles Camilleri) u Professor (Jason Vassallo).
Dawra mit-tmiem Idillico Sarr ra l-vantaġġ tiegħu jibda jonqos, speċjalment meta beda jattakkah Professor li rnexxilu jmur quddiem u jtemm rebbieħ bi ftit minn Diablo De Forgan (Rodney Gatt) u Iniesta Sport (Cherise Farrugia). Figaro Du Fan (Noel Baldacchino) temm warajhom f’dik l-ordni.
Fi tmiem il-finali, Mark Vella f’isem l-isponsors ippremja lil Jason Vassallo, is-sewwieq u s-sid taż-żiemel rebbieħ li kien ukoll qiegħed jieħu t-tieni suċċess tas-sena.
Mill-heats tal-klassi Premier 35 żiemel għamluha għas-semifinali. Fl-ewwel waħda kien id-debuttant Franċiż Gardon (Rodney Gatt) li kien il-ħin kollu quddiem. It-tieni heat Premier kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara) u l-ġdid Ghostbuster (Noel Baldacchino). Kienet tal-ewwel li ħadet it-tielet rebħa infila u f’Malta.
It-tielet heat rat is-suċċess ta’ Eldorado De Ver (Charles Camilleri) li żied fil-ġiri 500 metru mil-linja finali. Il-ġdid El Greco Bello, misjuq mill-Franċiż Pierrick Le Moel, inqabeż fl-aħħar metri tar-raba’ heat, minn żewġ żwiemel oħra ġodda, Galago Du Cadran (Paul Galea) u The Lion (Rodney Gatt). Fil-ħames heat kien żiemel ġdid ieħor, Fuego Du Mortier (Claudio Refalo) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li fid-dritta finali qabeż lil Dreamer Boy (Paul Galea).
Global Undecided (Charles Camilleri) kien il-ħin kollu quddiem waqt is-sitt heat tal-klassi Premier. L-istess għamel il-popolari Taljan Velvet Gio (Rodney Gatt) fis-seba’ u l-aħħar heat.
Ir-riżultati kollha
Is-Sibt
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Flexy Vert (P. Galea) Ħin – 2.06.2” (1.16.9”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Evender Maybe (O. Briffa) 4. Fiston D’Haufor (Sh. Gauci)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Oyess LJ (R. Gatt) Ħin – 2.04.5” (1.15.9”) 2. Boss Crowns (N. Baldacchino) 3. Jaguar Spirit (D. Debono) 4. Instant De Beaum (N. Barbara)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Raj’s Oh Lord (R. Gatt) Ħin – 2.00.9” (1.13.7”) 2. Fruit Costashorta (J.J. Farrugia) 3. Hell Boy Du Boulay (P. Galea) 4. Last Gift C.G. (L. Zammit)
IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Comand (R. Magro) Ħin – 1.59.9” (1.13.1”) 2. Shawn Leejs (P. Galea) 3. Cutty Sark (Cherise Farrugia) 4. Bicetre (C. Calleja)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Exotic Jet (R. Gatt) Ħin – 2.03.4” (1.15.2”) 2. Gigantic Star (J.J. Farrugia) 3. Dream Along (J. Gafa’) 4. Cash Bore (R. Scicluna)
VI Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Gardon (R. Gatt) Ħin – 3.16.7” (1.14.5”) 2. Fragonard Delo (J. Gafa’) 3. Extra Du Chatelet (L. Ghigo) 4. Kennedy (Ch. Camilleri) 5. Billions (J. Mercieca)
VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Isabelle Sisu (N. Barbara) Ħin – 3.18.1” (1.15”) 2. Ghostbuster (N. Baldacchino) 3.Eberton (R. Gatt) 4. Disco D’Occagnes (R. Magro) 5. Ghost (C. Caruana)
VIII Tiġrija. Finali Kampjonat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Professor (J. Vassallo) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Diablo de Forgan (R. Gatt) 3. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 4. Figaro Du Fan (N. Baldacchino)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Garry Thoris (P. Spiteri) Ħin – 2.01.4” (1.14”) 2. Dreams Happen (R. Gatt) 3. Hamlet Du Vivier (Ch. Camilleri) 4. Dynamit Life (K. Saliba)
X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Hera De La Vallee (N. Baldacchino) Ħin – 2.04.3” (1.15.7”) 2. Indien De Bry (R. Gatt) 3. My Love M.L. (M. Farrugia) 4. Enfantin (D. Farrugia)
Il-Ħadd
I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Ikko Des Racques (I. Bilocca) 3. Half Tege (P. Spiteri) 4. Islandais (R. Gatt)
II Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Donnezac (Cliferty Calleja) Ħin – 2.03.4” (1.15.2”) 2. Groove De Syva (Sh. Portelli) 3. Billie Holiday (R. Gatt) 4. Fosbury Zet (N. Baldacchino)
III Tiġrija. Semifinali Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Miracle Of Heaven (R. Gatt) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Hegoa Smart (J. Gafa’) 3. Goldissime (D. Gatt) 4. Gabin Selloit (R. Magro)
IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gonzales (R. Magro) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Bounty Roc (O. Briffa) 3. Simb Trishia (P. Galea) 4. Forrest Beji (J. Gafa’)
V Tiġrija. Semifinali Kampjonat Phone Refix. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Lee Harvey Bros (P. Galea) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Mojo Express (R. Gatt) 3. Derby Chevaleraie (Ch. Camilleri) 4. Gabi Goes To Paris (F. Mallia)
VI Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Eldorado de Ver (C. Camilleri) Ħin – 3.18.6” (1.15.2”) 2. Digital Dominance (L. Ghigo) 3. Rally Inge (J. Farrugia) 4. Equiano (N. Baldacchino) 5. Dats So Cool (J. Gafa’)
VII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Galago Du Cadran (P. Galea) Ħin – 3.16.8” (1.14.5”) 2. The Lion (R. Gatt) 3. El Greco Bello (P. Le Moel) 4. Fitzy De Vive (L. Frendo) 5. Forban (Cherise Farrugia)
VIII Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Fuego Du Mortier (C. Refalo) Ħin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Dreamer Boy (P. Galea) 3. Favori De Bry (L. Ghigo) 4. Ellington Dream (C. Caruana) 5. Formi (J. Schembri)
IX Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Global Undecided (Ch. Camilleri) Ħin – 3.19.2” (1.15.4”) 2. A Good Point (M. Debono) 3. Franky Satyne (M. Mizzi) 4. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) 5. Diablo D’Herfraie (J. Gafa’)
X Tiġrija. Heat BOV Tazza l-Kbira. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – 3.16.3” (1.14.3”) 2. Gold Dairpet (M. Refalo) 3. Al Capone Stecca (C. Caruana) 4. First Des Charrons (N. Baldacchino) 5. Akela Play (Ch. Degiorgio)
XI-il Tiġrija. Klassi Silver Dist – 1640m. 1. Honneur D’Isques (J. Gafa’) Ħin – 2.03” (1.15”) 2. A Perfect Lover (C.Gauci) 3. Excellentissime (J. Cassar) 4. Dats Trixi (Z. Muscat)
//= $special ?>