Sewwieq ta’ mutur minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar,
Il-każ seħħ il-Ħadd filgħodu, hekk kif kelliema għal Pulizija spjegaw li r-raġel, ta’ 40 sena, kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda CBR, tilef il-kontroll u waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Joseph Mifsud li fetaħ inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>