Mara minn Ħaż-Żebbuġ sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 59 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ fi Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ, għall-ħabta tat-tmienja tal-Ħadd filgħodu meta għal xi raġuni l-mara ta’ 64 sena, flimkien ma’ raġel ta’ 68 sena, wkoll minn Ħaż-Żebbuġ, ntlaqtu minn vettura tal-għamla Peugeot 306.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku li ħa lill-mara u r-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura fejn filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief, il-mara sofriet ġrieħi gravi.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>