Jirredikola b’mid qed iħoss is-sigurtà tiegħu mhedda
Il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jsaħħan sopop kesħin u,biex jingħoġob man-nies ta’ quddiemu ttanta, jirbaħ punti partiġjani billi saħansitra mar lura għal 12-il sena ilu…mingħajr ma effettivament offra proposti ġodda.
Beda minnufih billi attakka lill-Gvern Nazzjonalista tal-2008 mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi; l-istess eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista li dejjem fittex l-għaqda qalb iż-żewġ partiti.
Tant, li kien l-unika Prim Ministru li għażel bħala President ta’ Malta lil persuna ġej mill-partit oppost, ċioè l-eks Deputat Mexxej tal-Malta Labour Party George Abela, inċidentalment missier il-Mexxej Laburista preżenti.
Attakki partiġjani aggressivi, wieħed wara l-ieħor – bid-diskors ta’ Robert Abela juri biċ-ċar li l-Partit Laburista ma nbidilx u wisq aktar jixtieq jinbidel.
Wara li inkjesta pubblika sabet li r-retorika tal-Gvern Laburista wasslet sabiex iffumentat mibgħeda qawwija fil-konfront ta’ ġurnalista li eventwalment spiċċat inqatlet quddiem il-bieb ta’ darha f’karozza bomba – issa l-Gvern tal-Labour spiċċa jirredikola b’eks Kap tal-Partit Nazzjonalista.
F’diskors deskritt bħala wieħed perikoluż, il-Prim Ministru Robert Abela żvela li Simon Busuttil qiegħed iħoss is-sigurtà tiegħu mhedda u talab għal protezzjoni – b’Abela minflok jaċċerta li f’pajjiżna kulħadd ikun sigur…għażel li jiżżufjetta bih.
U qalb ħafna għajjat u storbju u kliem fieraħ li hu jġib il-poplu l-ewwel u qabel kollox, fl-istess ġimgħa Gvern immexxi minn Robert Abela vvotaw kontra mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista favur l-isfida tal-għoli tal-ħajja fosthom biex l-għajnuna tal-COLA ma tibqax tiġi ntaxxata.
F’ammissjoni tal-Prim Ministru stess, ivvota kontra li ċ-ċittadin jieħu aktar minn €270 li huma tiegħu bi dritt għaliex diġà ħallashom taxxa.
Intant, fl-eqqel tal-inflazzjoni u ż-żieda fil-prezzijiet, liema prezzijiet issa spiċċajna nħabbtu wiċċna; Robert Abela nieda l-iskema stabbiltà, skema li kien jinvolvi tnaqqis ta’ persentaġġ fil-prezzijiet f’uħud minn prodotti tal-ikel. Lista ta’ prodotti li ċertament ma kienetx tinkorpora dawk essenzjali kollha – tant li ma kinitx tkopri tal-inqas riċetta tas-soppa tal-armla – fatt li jidher li dejjaq ħafna lill-Mexxej Laburista.
Dan hekk kif qalb il-ħxejjex li din l-iskema kienet tkopri kien hemm biss spinaċi, brokkoli u piżelli ffriżati – bi skema li ma kinitx tkopri ikel u prodotti essenzjali.
//= $special ?>