“Il-maratona ġiet f’mument importanti, f’mument ta’ sfida – mument li pajjiżna għandu bżonn bidla”.
Hekk iddikjara l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione fejn appella sabiex il-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista, sabiex jibqa’ jwassal u jfassal il-politika tiegħu.
Bil-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista jispjega wkoll illi sabiex il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jimxi trid tkompli tissaħħaħ il-midja wkoll, u għalhekk qed isir l-appell lil dawk kollha ta’ rieda tajba, sabiex jagħtu d-donazzjoni tagħhom.
Minn naħa tiegħu, is-Segretarju Organizzattiv Eżekuttiv, Stefan Caruana appella għall-għajnuna u l-appoġġ tal-poplu Malti, għaliex issa huwa mument kruċjali mmens, mument li jeħtieġ ħafna ħidma sabiex verament tiġi żgurata bidla f’pajjiżna.
Bi Stefan Caruana jirringrazzja wkoll lil ħaddiema, voluntiera u dawk kollha li jagħmlu l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista possibbli.
//= $special ?>