Lokali

Jinġabru €283,780 waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-PN

€283,780

Din kienet is-somma finali miġbura mill-PN waqt il-maratona tal-Ħadd maratona li kienet organizzata fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonlista

Matul din il-maratona, li għal darb’oħra kkonfermat l-appoġġ lejn il-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem dwar it-tama ġdida li l-poplu qed jaħdem qatigħ għaliha; tama li l-PN qed iwassal fid-djar tan-nies b’ħidma kontinwa.

Intant,  f’messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tul din il-maratona, huwa rringrazzja lil kull ċittadin tal-għajnuna imprezzabbli tiegħu hekk kif huma s-sinsla għal ħajja ta’ kwalità f’pajjiżna.

Bernard Grech insista li l-Gvern Laburista issa għejja u pajjiżna verament qiegħed f’salib it-toroq – b’hekk il-PN issa lest sabiex jmexxi lil dan il-pajjiż – Partit Nazzjonalista li ser joħroġ lill-pajjiżna minn dan l-isqaq.

Dan filwaqt li spjega li l-Partit Nazzjonalista għandu l-ideat – tant li anke qed iwiegħed li Partit Nazzjonalista fil-Gvern ser jagħmel anke investiment meħtieġ fil-gżira Għawdxija tant li ser iżid vapur ieħor ta’ kwalità – dan sabiex tissaħħaħ il-konnetività

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li d-differenza bejn iż-żewġ Partiti issa qed tidher biċ-ċar – b’Partit Laburista li jrid jibqa’ jinjora l-poplu filwaqt li jissalvawardja l-protezzjoni tal-kriminali viċin tiegħu u n-naħa l-oħra Partit Nazzjonalista li qed jipprotesta f’isem il-poplu kollu – dan filwaqt li qed iressaq proposti konkreti fosthom poposti dwar l-għoli tal-ħajja.

Finalment Bernard Grech sostna li fil-protesta tal-Ħadd li għaddha nibtet tama ġdida – tama ta’ poplu li jixtieq li jgħix f’pajjiż normali – bi Gvern li mhux moħħu x’ser jgħati lil dawk viċin tiegħu iżda Gvern b’direzzjoni u mira waħda – dik li jġib l-ewwel l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.

Għaldaqstant Bernard Grech irringrazzja lil voluntiera kollha li dejjem għenu sabiex jinġabru l-fondi meħtieġa sabiex il-PN ikompli miexi ‘l quddiem. Dan apparti li rringazzja lill-ħaddiema u l-poplu kollu.

Aktar kmieni s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello insista li l-pajjiż jixraqlu gvern alternattiv, u għalhekk huwa se jkun qiegħed jagħmel l-għalmu tiegħu sabiex flimkien tissokta l-ħidma għall-pajjiż aħjar.

Huwa insista li rridu nħarsu lejna nfsuna u kull wieħed u waħda minnha jagħmel dak kollu li jista’ sabiex verament ikollna pajjiż verament li jixraq għal uliedna.