Basketball Sport

Valletta Baskteball Club fi sħubija strateġika ma’ DuBois Dream

Il-Valletta Basketball Club ħabbar sħubija strateġika ma’ DuBois Dream, organizzazzjoni professjonali u taż-żgħażagħ fil-basketball ibbażata f’DuBois, Pennsylvania, l-Istati Uniti. Din il-kollaborazzjoni għandha l-għan li toħloq opportunitajiet għal plejers biex jikkompetu fl-Ewropa, filwaqt li ttejjeb l-iżvilupp tal-basketball fost iż-żgħażagħ fiż-żona ta’ DuBois. Fl-istess waqt, is-sħubija qed tfittex li tipprovdi opportunitajiet lill-plejers Maltin biex jiżviluppaw u jilagħbu fl-Istati Uniti.

DuBois Dream jinvolvi ruħu b’mod attiv mal-komunità tiegħu permezz ta’ diversi pjattaformi tal-midja. Għal aktar informazzjoni jew biex tikkonnettja magħhom, tista’ żżur www.duboisdream.com jew issegwihom fuq Facebook, Twitter, u Instagram.