Żagħżugħ Somalu ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u multa ta’ €600 wara li ammetta li nhar il-Ħadd li għadda pprova jbigħ id-droga lil membru tal-Korp tal-Pulizija li kien pajżan f’Paceville. Sahal Jama Mohammed ammetta quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia li kellu fuqu 0.3 grammi ta’ kokaina.
Is-Somalu kien skonta sentenza ta’ ħabs ftit tal-jiem qabel wettaq ir-reat fuq każ ta’ serq. Mohammed ammetta li kien fil-pusses ta’ droga, f’ċirkostanzi li juru li ma kenitx għal użu personali tiegħu, li kkommetta dan ir-reat f’100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ u li sar riċediv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetrur Darryl Farr u l-Avukat Elenya Abela.
//= $special ?>