Internazzjonali

53 mejta fosthom ħamest itfal f’attakk li l-Istati Uniti għamlet fuq Yemen

Il-Ministru tas-Saħħa tar-ribelli Houthi, qal li l-attakk li l-Istati Unti għamlet fuq Yemen ħalla 53 vittma. U fost dawn hemm ħamest itfal.  Bl-Istati Unti tikkonferma li wetqet raid deċiżiv u qawwi fuq il-Yemen, permezz ta’ numru kbir ta’ attakki mill-ajru.

Fost il-vittmi hemm ukoll żewġ nisa, u 98 persuna li sfaw midruba.

Minn naħa tiegħu, il-President Donald Trump qal li r-raġuni wara din ir-ritaljazzjoni kienet l-attakk li seħħ mill-Houthi fuq bastiment tal-merkanzija fil-Baħar l-Aħmar, filwaqt li minn Washington ikkonfermaw li dan l-attakk ħalla numru ta’ mexxejja Houti maqtula.

Intant dan l-attakk kif mistenni, ġab reazzjoni wkoll mill-mexxej tal-Houthi Abdul Malik al-Houthi li qal li l-militanti se jkunu qed jimmiraw fuq vapuri tal-Istati Uniti li jkunu qed ibaħru fil-Baħar l-Aħmar.