Lokali Qorti

Erbgħa suldati ma jixhdux fil-każ tas-serqa tad-droga kannabis minn container fil-barracks tal-Armata

Erbgħa suldati li allegatament kienu xogħol meta seħħet is-serqa ta’ 132 kilo droga mill-barracks ta’ Ħal Safi fi Frar li għadda irrifjutaw li jixhdu meta kienu mħarrka mill-Prosekuzzjoni. Akkumpanjati mill-Avukati tagħhom Herman Mula u Albert Zerafa, Maġġur, Bombardier, Lance Bombardier u Gunner ingħaw parir legali li ma jixhdux quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo.

Omm wieħed mill-akkużati, Sean Attard, Dorian Attard ukoll iddeċidiet li ma tixhidx kontra binha. U dan ukoll fuq parir tal-Avukat tagħha Julia Micallef Strafrace. It-Tnejn wara nofs inhar kompliet il-kumpilazzjoni a’ sitt persuni akkużati bis-serqa tad-droga kannabis minn kontejner fil-barracks ta’ Ħal Safi sbieħ il-Ħadd, 23 ta’ Frar li għadda.

Il-prosekuzzjoni wara x-xhieda tal-lum li xehdu b’mod simili ta’ kif xhedu fis-seduta ta’ qabel iddikjarat li ftit li xejn baqa’ xhieda pajżana biex jagħtu d-depożizzjoni tagħhom fil-każ. L-Avukat Franco Debono li qed jidher għal erba’ mill-akkużati qal li kien qed jagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest għall-klijenti tiegħu kif ukoll ż-żewġ akkużati l-oħra li għalihom qed jidhru avukati oħra,

L-ewwel beda jinstema’ l-każ’ fil-konfront ta’ Liam Steward ta’ 23 sena minn tal-Pietà wara nstema’ l-każ tal-ħames akkużati l-oħra, li huma Sean Attard ta’ 30 sena minn Ħaż-Żebbuġ, Yousef Essesi ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar, l-aħwa Carlos Pace ta’ 23 sena u Cleaven Pace ta’ 19-il sena, it-tnejn mill-Marsa u u Christa Gauci ta’ 21 sena mir-Rabat, Għawdex u residenti Tas-Sannat.

Huma qed jiġu mixlijin li serqu d-droga, li assoċjaw ruħhom ma’ persuni oħra biex jittraffikawha, li kellhom fil-pussess tagħhom l-imsemmija droga, li biegħuha u li kisru diversi sentenzi tal-Qorti. Carlos Pace qed jiġi mixli li fil-25 ta’ Frar li għadda, u fil-jiem ta’ qabel, wettaq reat meta kien hemm fis-seħħ sentenza sospiża ta’ ħabs u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Huma wkoll qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontrihom. Mill-226 kilo droga misruqa fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd instabu sa issa 85 kilo reżina tal-kannabis. Id-droga kienet parti minn aktar minn erbgħa tunnellati reżina tal-cannabis li kienu nqabdu mid-Dwana fil-Port Ħieles f’Ġunju li għadda.

L-Avukat Franco Debono filwaqt li għamel talba għall-pleġġ fil-konfront ta’ l-akkużati kollha għafas ħafna fuq l-akkużara Krista Gauci. Qal li għandha fedina penali netta, eta tenera, u li l-unika prova li hemm fuqha hi li kienet għaddejja b’vettura fl-akkwati.

Qal li fuq Krista Gauci, issa li l-pros ġabet ix-xhieda, il-każ immatura, u l-qorti qed tmexxi sew, issa din għandha tingħata l-ħelsin mill-arrest. Qal li huwa vera l-investigazzjoni hija waħda kumplessa imma ta’ min ifakkar li għaddew tliet ġimgħat mill-każ, u alla ħares jgħaddu x-xhur u tibqa’ arrestata.

Allegatament kienet qed issuq jew passiġġiera f’vettura, kompla jgħid l-Avukat Debono u li sa issa, tal-anqas hi għadu fl-għama fuq l-assoċjazzjoni li hemm provi, anke fuq il-prima facie. Tenna li hi tgħix ma ommha li lesta tagħmel garanzija għaliha u lesta li toqgħod għall ordnijiet kollha tal-Qorti.

Tenna li hi marret min jeddha meta l-Pulizija bagħtu għaliha. Il-Qorti m’għandhiex tikkusndra dan kollu? Staqsa Dr. Debono. Kompla jgħid li dan kollu jikkonferma li mhux ta’ min ikollu xi dubju jekk toqhħodx mal-kundizzjoni tal-Qorti.

L-Avukat Kevin Valletta mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal li baqa’ mal-40 kilo droga li qed jiġru barra, min jaf fejn qegħdin u min jaf biss xi ħsara tista’ tagħmel din id-droga kollha. L-Ispettur Mark Anthony Mercieca qal ukoll li l-investigazzjonijiet se jibqgħu sejrin sakemm tinstab l-aħħar gramma droga li nsterqet.

L-Avukat Franco Debono qal ukoll li dak li kien qed jalludi għal Krista Gauci jgħodd ukoll fil-konfront ta’ Cleavon Pace japplika wkoll għalih, fejn għandu kondotta nadifa u li l-parteipazzjoni tiegħu kienet, li kien f’karozza. Il-prosekuzzjoni hawn qalet lill-Qorti li l-preokupazzjoni tagħha hija l-ammont ta d-droga tiġri barra u s-sensittivita tal-każ. Il-Qorti mistennija tilqa’ jew ma’ tilqax it-talba tad-difiża fil-jiem li ġejjin.

Sean Attard, li jaħdem bħala security guard, għandu jiddefenduh lill-Avukati Franco Debono u Matthew Xuereb; Carlos Pace, li huwa xufier tat-taxi, u Cleaven Pace, li ma jaħdimx, għandhom jiddefenduhom lill-Avukati Franco Debono, Adreana Zammit u Marion Camilleri waqt li Yousef Essesi, li huwa tattooist, qed jidher għalih l-Avukat Amadeus Cachia.

Għal Christa Gauci qed jidhru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit. Għal Liam Stewart qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Adreana Zammit. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca, Alfredo Mangion u Jeffrey Scicluna Briffa flimkien mal-Avukati Kevin Valletta Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-każ se jkompli nhar il-Ħamis, 20 ta’ Marzu fil-11.00am.