Meta fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera fi tmiem il-ġimgħa tkompla l-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball, kien hemm rebħa komda ta’ Flyers fuq it-tim ta’ Birkirkara bl-iskor ta’ 3-0. L-iskors kienu 25-20, 25-19 u 25-20.
Fil-klassifika ġenerali Falcons jibqgħu fl-ewwel post b’24 punt, sitt punti aktar miċ-champions Swieqi Phoenix Nium. Flyers ikkonsolidaw posthom fit-tielet pożizzjoni bi ħmistax-il punt, Birkirkara għandhom tmien punti u Mġarr jinsabu fl-aħħar post b’punt wieħed biss. Issa l-Ħadd li ġej iċ-champions Swieqi Phoenix Nium jaffrontaw lil Mġarr, logħba li tibda fit-3pm.
Ir-riżultati kollha
SUPERLEAGUE
Flyers vs BKVC : 3-0
U19
Depiro Vs Flyers VC : 3-1
U17
Depiro Gold Vs Swieqi Phoenix Ninjas : 3-0
Falcons Vs BKVC Storms : 1-3
Swieqi Phoenix Block ‘N Roll Vs Flyers: 3-0
BKVC Thunder Spikes Vs Depiro Blue : 0-3
//= $special ?>