Il-milizji tal-Houthi li qed jużaw il-Jemen bħala bażi minn fejn jattakkaw il-bastimenti kummerċjali fil-Baħar l-Aħmar ma kkonfermawx il-qtil ta’ diversi kapijiet tagħhom waqt sensiela ġdida ta’ rejds mill-qawwiet tal-ajru tal-Istati Uniti. Azzjonijiet li anki ħallew ‘il fuq minn 100 feruti.
Intant, huma konfermaw li fir-rejds inqatlu l-għexieren tan-nies inklużi xi tfal, wara li l-qawwiet Amerikani kkonċentraw l-attakki fuq iz-zoni ta’ Al Jaouf and Hudaydah.
Dan ukoll meta l-kelliema għall-US Central Command, li jmexxi u jikkoordina l-azzjonijiet militari, sostnew li l-qawwiet tiegħu għandhom ikomplu jattakkaw lill-Houthi sakemm jeliminaw it-theddida ta’ dawn il-milizji li qed jingħataw appoġġ mill-Iran.
L-attakki mill-ajru qed jissemmew bħala ‘azzjonijiet deċiżivi’ biex il-Houthi jitilfu l-kapaċità tagħhom għall-attakki fuq il-vapuri kummerċjali viċin il-Jemen.
Iżda l-Kap tal-Houthi, Abdul Malik al-Houthi, insista li l-milizji tiegħu se jkomplu jattakkaw il-bastimenti tal-Istati Uniti fil-Baħar l-Aħmar dment li l-Amerikani jkomplu bl-attakki fuq l-Jemen,
Fl-istess ħin, is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, Pete Hegseth, ħalef ‘kampanja bla heda’ li tinvolvi l-isparar tal-missili lejn iz-zoni tal-Jemen okkupati mill-Houthi. Il-kampanja, fi kliemu, għandha sservi bħala deterrent waqt li tippermetti għall-moviment ħieles tal-vapuri mill-Baħar l-Aħmar.
//= $special ?>