L-Oppożizzjoni Nazzjonalista llejla ħarġet ‘il barra mill-Parlament wara li l-gvern baqa’ għaddej u resssaq mozzjoni antidemorkatika biex timblokka d-diskussjoni parlamentari.
Din il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni kienet espressa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fil-bidu tas-seduta parlamentari qabel bdiet id-diskussjoni dwar il-mozzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch qal li llum il-poplu qed jara att ieħor perikoluż mill-gvern li ħataf l-istuzzjonijiet iżda issa qed jipprova jmur lil hinn minn dan.
B’din il-mozzjoni, il-gvern irid jiddiskuti din il-mozzjoni li hi vendetta politika kontra l-PN.
Bernard Gerch qal li l-familji Maltin jippretendu li l-Parlament ikun post ta’ djalogu, b’ħidma serja dwar is-soluzzjonijiet għall-problemi tan-nies. Il-poplu jistenna soluzzjoni dwar l-għoli tal-ħajja, l-edukazzjoni, il-korruzzjoni, it-traffiku, l-isptarijiet, in-nuqqas ta’ sigurtà, problemi li qed jaffettwa l-familji u l-każ tad-droga misruqa mill-FAM.
Minflok għamel dan, il-gvern għażel li jinjora dawn il-probemi u ressaq mozzjoni li hi attakk fuq id-demokrazija u fuq ir-rowl kostituzzjonali tal-Oppożizzjoni u għalhekk din hi mozzjoni inammessibbli.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Gvern qed jieħu r-rwol ta’ imħallef, ġurija u prosekutur f’daqqa biex iġiegħel lill-Opożizzjoni tissikket. Dan hu l-qofol tal-estremiżmu tal-gvern jipprova jelimina lill-Oppoizzjoni mill-parlament.
Bernard Grech qal li li-gvern ma jridx jippubblika d-dikjarazzojnijiet tal-assi tal-Prim Ministru u tal-ministri u qed jimblokka anki t-talbiet li qed tagħmel il-midja dwar dan waqt li ħataf il-PBS.
Dan filwaqt li l-Prim Ministru qed jonqos milli jwieġeb id-domandi parlamentari leġittimi u saħansitra qed ibiddel il-liġi tal-inkjesti maġisterjali biex jagħlaq ħalq iċ-ċittadini privati waqt li jagħmel attakki fuq il-ġudikatura waqt li jaħrab id-diskussjoni fil-Parlament. Dan hu attakk fuq il-123,000 votant li fl-aħħar elezzjoni għażlu li jappoġġjaw lill-PN. Dan hu attakk fuq l-Oppożizzjoni u theddida diretta fuq il-prinċipji demokratiċi.
Għalhekk il-PN mhux se jkun kompliċi f’dan l-aġir antidemokratiku għaliex il-Parlament m’għandux jinbidel fi tribunal politiku li fih il-gvern qed jikkastiga lil dawk li jgħidu l-verità. Għalhekk l-Oppożizzjoni se tieħu l-uniku triq li għandu dik li toħroġ mill-Parlament quddiem din il-mozzjoni faxxista. Il-PN qed jibqa’ l-leħen tal-ġustizzja u d-demokrazija quddiem gvern li jibża’ mid-demokrazija, sostna Bernard Grech, li qal li għalhekk l-Oppożizzjoni se toħroġ mill-Parlament tul dan id-dibattitu.
Wara li l-Oppożizzjoni ħarġet ‘il barra, il-membri tal-gvern tkellmu weħidhom fil-parlament. Fi tmiem is-seduta tal-lum il-parlament gġġorna għal għada fejn ħabbar li se jkompli jiddiskuti din il-mozzjoni.
//= $special ?>