Sport Sport Ieħor

Jenny Axisa Eriksen tirbaħ post ta’ kwota għal Malta fil-Logħob Olimpiku tax-xitwa 2026 f’Milan-Cortina

Jenny Axisa Eriksen, atleta ta’ 19-il sena, saret l-ewwel atleta Maltija li qatt kisbet post ta’ kwota għal Malta fil-cross-country skiing fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa. Axisa Eriksen kisbet din il-kwota għat-2026 wara l-prestazzjoni tagħha fil-Kampjonati Dinjija tal-Cross-Country Skiing, li timmarka pass importanti kemm fil-karriera tagħha kif ukoll għall-preżenza dejjem tikber ta’ Malta fl-isports tax-xitwa.

Imwielda u mrobbija fin-Norveġja minn omm Maltija u missier Norveġiż, Axisa Eriksen dejjem emmnet fil-wirt Malti tagħha. Hija bdiet l-isport ta’ sentejn u ilha taħdem b’mod intensiv biex tikkompeti fil-livell internazzjonali. Għaliha, li tirrappreżenta lil Malta fuq il-palk globali hija sors ta’ unur kbir, u l-kisba ta’ post ta’ kwota għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa 2026 hija r-riżultat ta’ snin ta’ dedikazzjoni u determinazzjoni assoluta lejn il-mira tagħha.

“Li nikkompeti biex niksib post ta’ kwota għal-Logħob Olimpiku tax-Xitwa dejjem kienet fil-mira tiegħi, u ferm kburija li se nkun qed nirrappreżenta lil Malta f’dan l-isport li ilu l-passjoni tiegħi sa minn meta kont tifla zgħira. Nittama li l-vjaġġ tiegħi jispira lill-atleti żgħażagħ biex isegwu l-ħolm tagħhom minkejja l-isfidi,” qalet Axisa Eriksen.

Il-Logħob Olimpiku tax-Xitwa Milano-Cortina 2026 se jsiru bejn is-6 u t-22 ta’ Frar 2026,

Din se jkun ir-raba’ dehra ta’ Malta fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa, wara d-debutt storiku tagħha f’Sochi 2014, meta l-alpine skier Élise Pellegrin saret l-ewwel atleta li rrappreżentat lil Malta f’Logħob Olimpiku tax-Xitwa.