Lokali Parlament

15-il għalliem jew għalliema fuq long sick leave

Huma total ta’ 15-il għalliem jew għalliema li bħalissa huma fuq long sick leave.

Informazzjoni dwar il-long sick leave tal-għalliema ngħata fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; jgħid kemm-il għalliem jew għalliema jinsabu fuq long-sick leave fil-perjodu li fih qed issir din il-mistoqsija.