Minn laqgħa tal-Kumitat Parlamentari tal-Ħatriet Pubbliċi rriżulta li Carmen Ciantar, li okkupat diversi karigi fil-Gvern Laburista, kienet diġà qed taħdem bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni (MCCAA) qabel in-nomina tagħha kienet diskussa fil-kumitat parlamentari.
Kien il-Prim Ministru innifsu Robert Abela li fil-parlament ikkonferma li Carmen Ciantar kienet inħatret Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. Il-Prim Ministru kien kkonferma wkoll li Ciantar diġà bdiet taħdem f’dan ir-rwol.
Quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi, illejla tresssqet in-nomina ta’ Carmen Ciantar biex tkun approvata bħala Chairperson tal-Awtorità tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni. F’din il-laqgħa l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mid-Deputati Nazzjonalisti Adrian Delia, Rebekah Borg u Julie Zahra li trattaw din is-sitwazzjoni u ressqu l-oġġezzjonijiet tal-Oppożizzjoni dwar kif saru l-affarijiet f’din il-ħatra. Il-kumitat tmexxa mid-Deputat Laburista Chris Agius bħala chiarperson.
Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux aċċettabbli li qed ikun sitwazzjonijiet fejn id-deċiżjonijiet dwar persuni li jokkupaw diversi karigi jkunu diġà meħuda qabel issir id-diskussjoni fil-kumitat parlamentari. Hu nsista li jkun hemm spjega għaliex sħħet din is-sitwazzjoni dwar Carmen Ciantar.
F’dan l-istadju ċ-Chairman tal-Kumitat Chris Agius issospenda l-laqgħa.
Meta kompliet is-seduta, iċ-Chairman Chris Agius qal li wara diskussjonijiet mal-persuna involuta rriżulta li d-dokumenti mressqa mill-Opożizzjoni għandhom id-data tad-19 ta Frar 2025. Chris Agius qal li Carmen Ciantar kienet qaltlu li minkejja li din id-data dehret fuq il-website tal-Awtorità, din kienet irranġata iktar tard għaliex kien hemm żball.
Adrian Delia qal li l-kumitat parlamentari għandu jisma’ rappreżentant tal-MCCAA biex jispjega dwar min ta l-istruzzjonijiet u biex ikun stabbilit jekk ikun hemmx żball.
Adrian Delia qal li jekk id-deċiżjoni diġà ttieħdet, allura l-Oppożizzjoni mhijiex se tipparteċipa f’dan il-kumitat għaliex dan ikun diżrispett lejn id-diskussjoni fil-parlament. Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ewwel irid ikun stabbilit jekk hux veru li Carmen Ciantar bdiet tokkupa l-kariga qabel saret id-diskussjoni fil-kumitat. Hu nsista li ma jistax ikun li l-Prim Ministri diġà ddeċieda qabel il-kumitat. Id-deputat Nazzjonalista nsista li quddiem il-kumitat jidhru n-niesli daħlu l-informazzjoni fil-website ta-MCCAA.
Iċ-Chairman Chris Agius reġà ssostenda l-laqgħa u wara xi ħin, id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia ppreżenta proposta li quddiem il-kumitat tixhed iċ-Chairpeson attwali tal-MCCAA. Il-membri tal-kumitat m’oġġezzjonawx għal din il-proposta u għalhekk fil-laqgħa li jmiss se tissejjaħ iċ-Chairperson tal-MCCAA.
//= $special ?>