Lokali

“Din hi mozzjoni anti-demokratika” – l-Oppożizzjoni terġa’ toħroġ ‘il barra mill-Parlament

Illejla, l-membri tal-Oppożizzjoni reġgħu ħarġu mill-Parlament hekk kif il-Gvern qed jibqa’ għaddej bl-attakk fuq id-deputati tal-PN.

Mal-ġurnalisti, Bernard Grech stqarr li l-Gvern qed jagħżel li juża l-Parlament biex jitkellem fuq mozzjoni anti-demokratika. U qed juża l-maġġoranza biex jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni.

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern diġa’ mexa b’dan il-mod mal-media u mal-ġudikatura.

Hu fisser li l-Oppożizzjoni ħarġet mill-Parlament biex ma tkunx partiċipi fil-perverżjoni tad-demokrazija; mozzjoni li kienet deskritta minn Bernard Grech bħala “inammissibbli”.