Claudette Buttigieg, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li hemm ħela ta’ flus il-poplu fuq persons of trust u ħbieb tal-gvern; spiża kbira minn flus il-poplu.
Claudette Butigieg qalet li hemm proċessi u kuntratti li jingħataw bla kriterji u ġustifikazzjoni ċara. Hi sostniet li n-nefqa pubblika ġejja minn flus il-poplu iżda l-gvern ma jagħtix risposti ċari.
Dan jirriżulta ċar mir-rapporti investigattivi tal-Awditur Ġenerali. Dwar il-konuslenti u l-persons of trust, Claudette Buttigieg qalet li l-gvern qed iwieġeb dejjem bl-istess mod u ma jagħtix l-informazzjoni mitluba mill-Oppożizzjoni.
Il-gvern qed iwieġeb biss li dawn il-persuni qiegħdin skont il-manwal, sostniet Claudette Buttigieg li kompliet li l-Oppożizzjoni qed tistaqsi jekk dwn in-nies humiex kwalifikati għal dawn il-konsulenzi.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li n-nefqa pubblika qed isir b’mod abbużiv għall-aħħar u sostniet li ċertu karigi qed jingħataw mingħajr ma l-persuni jitressqu quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet. Mistoqsijiet kbar iqumu wkoll dwar kif inxtraw artijiet u dwar propjetajiet li għaddew għand ċertu individwi.
Hi rriferiet ukoll għat-talbiet li qed jagħmlu l-ġurnalisti biex jiksbu informazzjoni u qalet li anki hawn il-gvern qed jonqos milli jagħti l-informazzjoni. Issa anki rapport tal-UE qed jikkonferma kemm hemm diffikultajiet fil-governanza u fil-ġustizzja fil-pajjiż. Dan meta l-flus qed imorru għand nies qrib il-gvern b’mod mhux ġustifikat.
Hi appellat biex ikun ippjanar aħjar fil-Belt partikolarment fi Triq il-Merkanti u qalet li jeħtieġ ikun hemm infurzar tal-liġijiet biex jintlaħaq bilanċ mal-kwalità tal-ħajja. Dan qed isir ukoll f’Tas-Sliema, sostniet Claudette Buttigieg, li sostniet li l-gvern ma jridx jaf b’dan l-infurzar.
Hemm sitwazzjonijiet problemetiċi f’Tas-Siema u fin-Naxxar kaġunati min-nuqqas ta’ sigurtà, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li issa r-residenti qed ikollhom ikunu huma li jissorveljaw ż-żona u jagħmlu appelli kontinwi lill-pulizija għaliex huma mbeżża’ f’darhom.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-korruzzjoni tal-isptarijiet u qalet li hemm ukoll tnaqqir kbir tal-fiduċja mill-poplu meta l-poplu jara din in-nuqqas ta’ governanza tajba.
//= $special ?>