Lokali

Id-Direttiva tan-Noise Pollution ma taffetwax logħob tan-nar, Alex Saliba mgiddeb uffiċjalment mill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropeja kkonfermat li d-direttiva dwar in-Noise Pollution ma tapplikax għall-ħsejjes mil-logħob tan-nar u l-festi tradizzjonali Maltin kif implika l-MEP Laburista Alex Agius Saliba meta tressqet il-petizzjoni mill-MEP Peter Agius fil-Parlament Ewropew biex Malta tiżgura kontroll effettiv tal-inkonvenjenti mill-ħsejjes ta’ kostruzzjoni, traffiku u attivitajiet kummerċjali f’żoni residenzjali waqt il-ħinijiet tal-mistrieħ.

Fi tweġiba uffiċċjali lilll-MEP Peter Agius, Il-Kummissarju Ewropewa għall-Ambjent Jessika Roswall qalet ċar u tond li “In the Commission’s assessment, noise from cultural events or traditional festivals would not be included in the scope of the Environmental Noise Directive”.

“Din ir-risposta uffiċjali tgiddeb dak li l-MEP Saliba prova jimplika meta żeffen il-piroteknika u l-festi tradizzjonali biex jiskuża n-nuqqas t’azzjoni mill-Gvern favur ċittadini Maltin. Mhux vera li jekk il-Gvern Malti jieħu azzjoni biex jipproteġi ċ-ċittadini minn ħsejjes eċċessivi, ikun qed jaffetwa l-logħob tan-nar u l-festi tradizzjonali” qal Peter Agius

“Bħala MEP hu fid-dmir tiegħi li niżgura li ċ-ċittadini Maltin igawdu mid-drittijiet li ttina l-Ewropa.. Ser nibqa’ nagħmel dan b’saħħa għax aħna dħalna fl-Ewropa biex ingawdu d-drittijiet tagħha!”, qal Peter Aguis.