Matul il-lejl li għadda, Iżrael wettaq attakk mill-ajru fuq Gaza b’aktar minn 322 persuna tilfu ħajjithom dan filwaqt li għexieren ta’ nies oħra għadhom rappurtati nieqsa.
Il-grupp Hamas qal li l-maġġoranza tal-vittmi huma nisa, tfal u anzjani dan filwaqt li ntqal li l-operazzjoni ta’ salvataġġ hija waħda diffiċli hekk kif is-settur tat-trasport jinsab f’kollass totali. Il-Hamas appellaw lin-Nazzjonijiet Uniti sabiex jieħu azzjoni immedjata fil-konfront ta’ din il-vjolenza.
Ritratti fuq il-midja soċjali juru bliet u rħula meqruda għall-aħħar bin-nies ifittxu qabel it-tifrik.
Intant, proprju ftit tas-sigħat ilu ġew evakwati numru ta’ rħula f’Gaza hekk kif mistenni li jkun hemm aktar attakki matul il-ħin.
//= $special ?>