Il-Parlament tal-Ġermanja vvota biex jippermetti żieda qawwija fl-infiq fuq id-difiża u l-infrastruttura…..Pass li jfisser bidla storika fid-direzzjoni tal-pajjiż u li kapaċi wkoll jistimola d-difiża tal-Ewropa bħala kollettiv fi żmenijiet inċerti għall-aħħar.
Maż-żewġ-terzi tal-parlamentari fil-Bundestag approvaw il-vot għall-bidla li teżenta l-infiq fuq id-difiża u sigurtà mir-regoli stretti għall-kontroll tad-dejn nazzjonali….Dan fost il-konferna ta’ fond għall-infrastruttura ekwivalenti għal 500 biljun ewro.
L-osservaturi jemmnu li l-vot se jkun partikularment sinifikanti mhux biss għall-pajjiż iżda anki l-Ewropa u fi żmien meta r-Russja qed tkompli bl-invażjoni tal-Ukrajna….Sitwazzjoni li saret aktar delikata meta l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qed jindika li pajjiżu mgħadux kommess għad-difiża tal-Ewropa…
Dan ukoll fost id-dubji dwar kemm l-Iatati Uniti għandha tkompli bħala protagonista assoluta fil-‘framework’ tan-NATO.
//= $special ?>