Il-Cancer Research and Innovation Hub Malta (CRIHM) nediet uffiċjalment it-tieni sejħa għall-Programm ta’ Riċerka dwar il-Kanċer b’kollaborazzjoni ma’ Xjenza Malta.
Min-naħa tiegħu, il-Professur Christian Scerri, Chairman tal-CRIHM, spjega li dan il-programm mhuwiex biss investiment f’riċerka iżda wkoll f’innovazzjoni, kollaborazzjoni u tama.
Hu saħaq li “r-riċerka dwar il-kanċer għandha s-setgħa li tibdel il-ħajjiet”
Il-programm huwa allinjat mal-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti dwar is-Saħħa u l-Benesseri u ECHoS – Horizon Europe Beating Cancer Mission, li għandha l-għan li tappoġġja r-riċerka li tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inċidenza tal-kanċer, it-titjib tat-trattamenti, iż-żieda fir-rati ta’ sopravivenza, u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti.
Din l-opportunità ta’ finanzjament hija miftuħa għal entitajiet akkademiċi, pubbliċi u privati.
Biex jingħata aktar tagħrif dwar il-programm, se ssir sessjoni ta’ informazzjoni online nhar Il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu, 2025 bejn is-13:00 u s-14:30.
Kull min hu interessat, jista’ jirreġistra hawn: https://forms.gle/HVAJEvjAtfUJ8tM66. Din is-sessjoni se tagħti ħarsa ġenerali lejn is-sejħa, il-kriterji ta’ eliġibbiltà, u l-proċess ta’ applikazzjoni. Għal aktar dettalji, żur: Open Funding Schemes – Xjenza Malta.
//= $special ?>