Ftit tal-ħin ilu ħarġet l-Inkjesta Amministrattiva dwar is-serqa tad-droga mill-Barracks tal-AFM, fejn kienu konfermati diversi nuqqasijiet sistematiċi – fosthom fil-mod kif tiġi meqruda d-droga.
Ir-rapport tal-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia titfa’ dawl fuq il-fatti mill-aktar serji li seħħew fil-lejl tas-serqa.
Id-droga kienet ittieħdet minn kontejner li kien qed jinżamm fil-Barracks ta’ Ħal Safi.
L-Inkjesta tgħid li s-serqa saret minħabba li s-suldat li suppost kien qed jara s-CCTV cameras ma għamilx xogħlu. Jingħad li dan is-suldat ra film ta’ sagħtejn fuq it-tablet, kellu telefonat mat-tfajla, u mar isajjar fil-kċina tal-Barracks. Dan kollu seħħ waqt li l-ħallelin kienu qed jisirqu d-droga.
L-Inkjesta tindika wkoll li f’dawk il-ħinijiet ma saritx patrol.
Imbgħad jissemma’ suldat ieħor li f’dak il-ħin kien rest.
Ir-rapport Valencia juri wkoll li l-inċineratur li jaħraq id-droga huwa antika, u ħafna drabi jkun wieqaf. Dan jikkonferma nuqqas ta’ investiment minn naħa tal-Gvern biex din l-istruttura tkun operattiva.
//= $special ?>