Internazzjonali

Ir-Re Charles xorta waħda mistenni jżur il-Papa Franġisku f’April

Pope Francis speaks with Britain's Prince Charles at the Vatican Oct. 13, 2019, the day of the canonization of St. John Henry Newman and four others. (CNS photo/Vatican Media via Reuters) See POPE-SAINTS and NEWMAN-CANONIZATION Oct. 13, 2019.

Ir-Re Charles tar-Renju Unit xorta waħda mistenni jżomm iż-żjara statali ppjanata għal April li ġej fil-Vatikan – anke jekk il-Papa Franġisku preżentament jinsab l-isptar Gemelli ta’ Ruma wara xahar rikoverat minħabba problemi serji fil-pulmun.

Din iż-żjara bejn ir-Re Karlu, gvernatur tal-Knisja Anglikana u l-Papa Fraġisku, Kap tal-Knisja Kattoloka, ilha għal dawn l-aħħar xhur ippjanata li ssir. Dan anke sabiex tissaħħaħ l-għaqda bejn iż-żewġ denominazzjonijiet reliġjużi.

Ir-Re Charles flimkien mar-Reġina Camilla ser jattendu wkoll għal żjara statali mal-Gvern Taljan immexxi mill-Prim Ministru Georgia Meloni.

Apparti min hekk, din iż-żjara ser taħbat ukoll mal-20 sena anniversarju miż-żwieġ tal-koppja rjali – hekk kif lura fl-2005 ir-Re Karlu u r-Reġina Camilla kienu ngħaqdu fiż-żwieġ, dan fost kontroversja dwar ir-relazzjoni tagħhom matul is-snin.