“Iż-żgħażagħ huma parti integrali mis-soċjeta.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt laqgħa li kellu ma’ grupp ta’ studenti li qed jipparteċipaw fil-‘Company Programme’ ta’ JA Malta – programm li jinċentiva lill-istudenti joħolqu prodott innovattiv kif ukoll jibnu kumpanija.
L-istudenti li jiffurmaw il-kumpanija Simplex urew il-prodott tagħhom lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista – prodott magħmul mill-injam li jgħin lil wieħed joħroġ il-pilloli.

Matul din il-laqgħa huma rrakkuntaw kif ħarġu bl-idea ta’ dan il-prodott, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ifisser li dan il-prodott huwa wieħed innovattiv kif ukoll effettiv.
Intant, għal din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien akkumpanjat mix-Shadow Minister Bernice Bonello.
