Robert Abela u sħabu għadhom qed jirreżistu. Il-Gvern qed isabbat saqajh. U l-verità hi, li kuntrarju għal dak li sar fl-aħħar snin…l-assi tal-Prim Ministru u tal-Ministri baqgħu ma ġewx ippubblikati kif inhi il-prassi.
Iżda l-membri tal-Gvern qed jippruvaw iwasslu narrattiva differenti.
Tant li, f’kummenti lil Net News, kien hemm Ministri u Segretarji Parlamentari illi qalulna li l-assi preżentawhom. Biex imbgħad tfaċċa l-Ministru tal-Finanzi u qalilna li se jkun hemm xi tibdil f’dan il-proċess.
Jibqa’ l-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-assi ma ġewx ippubblikati – pass li qed jiġi imfisser bħala tnaqqir fit-trasparenza u l-kontabbiltà.
Mhux talli hekk, talli li l-Gvern irrifjuta talba li saret mit-Times skont il-Liġi tal-Libertà tal-Informazzjoni sabiex jingħataw kopja ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet.
//= $special ?>