Kunsillier tal-Labour irriżenja mill-Partit Laburista fl-istess jum li fih ġie elett kunsillier – propju f’isem il-Partit Laburista. Iżda issa, Charles Cassar informa lis-Segretarju tal-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar li hu mhux se jservi bħala Kunsillier Laburista, iżda bħala indipendenti.
Charles Cassar ġie elett bħala Kunsillier ġdid fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ilbieraħ wara elezzjoni każwali li saret it-Tnejn filgħodu. Iżda sat-Tnejn filgħaxija, hu kien diġa’ irriżenja mil-Labour.
Din hija l-email mibgħuta minn Charles Cassar:
//= $special ?>Ghall-Attenzjoni tas-Segretarju Ezekuttiv
Sur Segretarju,
B’ referenza għall-ħatra tiegħi bħala kunsilliera fil-lokalità ta’ San Pawl il-Bahar, dan permezz ta’ elezzjoni kazwali li ġrat illum, jiena qed niddikkjara li se nkun qed nokkupa din il-pożizzjoni bħala kunsillier indipendenti.
Dan sabiex tagħraf tinforma lill-Kummissjoni Elettorali u għal kull fini iehor.
Grazzi u tislijiet,
Charles Cassar