Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ordnat lill-Avukat tal-Istat jagħti kumpens ta’ €1.1 miljun lill-eks sidien tal-binja f’Tas-Sliema li tintuża bħala każin ta’ ‘Stella Maris Band Club’. Kien 66 sena ilu li l-każin għadda b’kera lis-soċjetà, mis-sidien tagħha, liema kera kienet waħda li ma tirrispekkjax is-suq.
13-il membru ta’ familja fetħu l-kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Avukat tal-Istat u l-każin tal-banda Stella Maris fejn talbuha tiddikjara kellhom id-drittijiet fundamentali tagħhom miksura meta l-imsemmija għaqda mużikali okkupat il-binja mingħajr ma tħallsu kera adegwata matul is-snin.
Il-binja, li tinsab fi Pjazza Annunziata, kienet mikrija lill-imsemmija soċjetà mużikali fl-1959 għal Lm150 fis-sena u peress li s-sidien riduha lura. Hawn is-soċjetà mużikali kienet f’periklu li titlef l-użu tagħha. Lura f’Novembru 2022 il-Qorti ordnat lis-soċjetà mużikali biex tiżgombra mill-binja hekk kif iċ-ċens kien baqalu tliet snin u nofs biex jagħlaq.
Fil-każ daħal il-Gvern u fit-28 ta’ Frar 2023 ġie ffirmat ftehim mas-sidien tal-propjetà fejn il-Gvern xtraha għal €450,000 u b’hekk is-soċjetà mużikali ma ġietx żgumbrata mill-post. Fil-kawża kostituzzjonali li l-eks sidien fetħu dwar in-nuqqas ta’ dħul ta’ kera adegwata matul is-snin, l-Imħallef Ian Spiteri Bailey tahom raġun u waqt li llibera lis-soċjetà mużikali mir-responsabbiltà żamm lill-Avukat tal-Istat responsabbli u ordnalu jħallas kumpens ta’ €1.1 miljun lill-eks sidien.
//= $special ?>