Lokali

L-istudenti tal-Liġi jiċċelebraw il-gradwazzjoni

Matul dawn il-jiem, aktar studenti komplew jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom. U t-Tlieta kien imiss lill-istudenti li għadhom kif temmew il-kors tal-Liġi.

Dawn il-gradwati organizzaw il-buscade, li issa saret tradizzjoni. U fost l-oħrajn, żaru wkoll id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Huma intlaqgħu mill-Kap tal-PN Bernard Grech u mis-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.

Il-gradwazzjonijiet li qed isiru f’dawn il-jiem huma tal-istudenti li temmew il-kors Universitarju fil-livell ta’ Masters.