Gvern li abdika minn kull dmir li għandu lejn min ivvutalu u moħħu biss biex jitkellem waħdu
Jekk hawn xi ħadd li qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu, huma Robert Abela u l-Ministri li suppost qegħdin hemm biex joffru s-soluzzjonijiet u minflok qegħdin fil-Parlament biex jipproteġu l-interessi tagħhom biss.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jaħdem biex itaffi l-piżijiet tal-għoli tal-ħajja tan-nies.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jaħdem biex isolvi t-traffiku.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jaħdem għal ambjent aħjar.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jaħdem biex il-ħaddiem Malti jkollu opportunitajiet ta’ xogħol għax fi 13-il sena falla milli jġib lejn pajjiżna mqar qasam wieħed ekonomiku ġdid.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li joffri infrastruttura li taħdem minflok qtugħ ta’ dawl, drenaġġ ifur u toroq imkissra.
Il-Gvern qed jabdika mir-responsabbiltà tiegħu li jaħdem għall-poplu għax medhi jaħdem għalih innifsu.
Robert Abela u sħabu komdi biss imorru l-Parlament jitkellmu waħedhom dwarhom infushom.
Dik hi d-differenza bejn Abela u l-Gvern li qed imexxi, u l-Partit Nazzjonalista.
Id-deputati kollha tal-Partit Nazzjonalista għadhom jaħdmu għall-poplu waqt li Abela u sħabu jaħdmuk biss. U l-poplu dan qed jifhmu.
Jekk il-Gvern ta’ Robert Abela jrid jibqa’ juża l-Parlament biex jitbiegħed mill-poplu b’Mozzjonijiet faxxisti bħal dik li ppreżenta lbieraħ, il-poplu jista’ jibqa’ ċert li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ juża l-Parlament biss għall-ġid tan-nies.
Il-Partit Nazzjonalista mhux beħsiebu joqgħod jisma’ lill-Membri tal-Gvern li minflok jirrappreżentaw lill-poplu spiċċaw biss jirrappreżentaw l-interessi tagħhom u jużaw il-Parlament għall-propaganda tagħhom għax moħħhom biss biex jitkellmu waħidhom.
Għalhekk, wara li Abela lbieraħ għażel li jaġġorna l-Parlament u jtawwal diskussjoni li vvinta biex jitkellem waħdu, bħalma għamlet ilbieraħ, illum l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se terġa’ toħroġ mill-Parlament waqt dan id-dibattitu.
Il-Partit Nazzjonalista mhux lest ikun parteċipi f’diskussjoni dwar Mozzjoni li mhi xejn għajr attakk fuq id-demokrazija minn Gvern li issa jrid saħansitra jelimina lill-Oppożizzjoni mill-Parlament.
//= $special ?>