Bi stqarrija uffiċjali fuq il-midja soċjali, Ħamrun Spartans ikkonfermaw li l-attakkant Internazzjonali Malti m’għadux plejer tal-Ispartans, dan hekk kif intlaħħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet li Montebello jħalli l-klabb immedjatament.
Fl-istess stqarrija Ħamrun Spartans awguraw lil Montebello għall-iżjed suċċessi fil-karriera tal-futbol tiegħu.
Montebello ngħaqqad mal-Ispartans, fejn f’dawn l-aħħar snin kien plejer fundamentali mis-suċċessi ta’ Ħamrun. Huwa rebaħ il-kampjonat ma’ Ħamrun darbtejn, fl-istaġun tal-2022/23 u tal-2023/34, kif ukoll rebaħ is-Super Cup fl-2023 u fl-2025. Barra minnhekk, l-istaġun li għadda huwa temm ukoll bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat Malti b’total ta’ 21 gowl.
Dan l-istaġun Montebello lagħab total ta’ 28 partita fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja 12-il darba u pprovda żewġ assists.
Ma’ Ħamrun Spartans huwa lagħab 90 logħba, skorja 42 gowl u pprovda 18-il assist.
//= $special ?>