Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Kemm għandna napprezzaw li xogħolna jasal” – Sarah Camilleri

Fi PROFILI tal-lum se nkunu qed niltaqgħu ma’ Sarah Camilleri, profil li narawha spiss fuq it-televiżjoni u fuq il-palk.

Il-profil tħarrġet iż-żfin taħt Alison White u matul il-programm se nkunu qed nitkellmu mhux ftit dwar dan kollu. Se titkellem ukoll dwar ċertu sfidi li wieħed isib fit-teatru, kemm meta wieħed ikollu ftit esperjenza kif ukoll meta wieħed ikollu ħafna.

“Jien naħseb li l-Maltin jagħmlu l-mirakli, bil-ftit li għandhom f’kuntest ta’ fondi u riżorsi, joħolqu ċertu affarijiet u produzzjonijiet tajbin u mill-isbaħ – il-Maltin mirakli jagħmlu.”

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Antoine Farrugia Lauri.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.