Raġel ta’ 35 sena li joqgħod it-Rabat u li huwa magħruf sew mal-Pulizija ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li kważi tmien snin ilu wettaq serq ta’ eluf ta’ ewro fi fluns kontant u sigaretti minn Kiosk li kien parkeggjat fil-Qasam Industrijali ta San Gwann u li għamel ħsara fl-istess Kiosk.
Il-Qorti qalet li f’dan il-każ il-prosekuzzjoni ma ġabet l-ebda prova li Annise Bejaoui, persuna bi problema ta’ droga – u li sar reċidiv. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia ħadet in konsiderazzjoni tal-fatt li l-fedina penali ta’ l-imputat hija waħda ta’ portata biblika.
Tkellmet fuq il-karattru raffrettarju tal-imputat, fejn għandu mhux inqas minn 25 kundanna minn dawn il-Qrati, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom jikkonernaw reati ta’ serq. Il-Qorti ħadet konjizzjoni tan-nota tal-Bord tar-Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga data 8 ta’ Lulju 2024, li biha l-Bord jinforma lil-Qorti li l-Bord huwa sodisfatt bil-process ta’ riabilitazzjoni tal-akkużat tant li qieghed jagħlaq il-każijiet tieghu b’suċċess. Għaldaqstant il-Qorti ħadet konjizzjoni ta’ dan kollu.
L-Ispettur Saviour Baldacchino fuq il-każ qal lill-Qorti li fit-23 t’ April ta’ 2017 fejn ghal-habta tan-12:30hrs,
l-proprjetarju ta’ Harmony Kiosk irrapporta gewwa l-għassa ta’ Birkirkara li x’aktarx xi hadd kien daħallu gol-kiosk u seraq xi affarijiet.
Insteraq ‘pouch; iswed li kien fih €3,000 fu flus kontanti u sar ħsara fil-cash register li kien jiswa €400 u li nsterqu wkoll b’valur ta’ €1,869.16 f’ tabakk u sigaretti. Il-Pulizija mill-għassa kienet marret fuq il-post flimkien ma membri tas-Sezzjoni Forensika li kienu elevaw filmat cctv.
Mill-filmat, il-Pulizija identifikat lill-imputat Annise Bejaoui iżda ma identifikatx persuna oħra li kienet miegħu. L-investigazzjonijiet tkomplew mill-Ispettur Elton Taliana. In kontro-eżami, ix-xhud stqarr li l-investgazzjonijiet specifiċi saru mill-Pulizija tad-distrett u mis-Sezzjoni Forensika.
Iċċara wkoll li l-identifikazzjoni tal-imputat saret kemm a bazi tal-filmati u kif ukoll a bażi tal-impronti digitali, ħaġa li kienet aktar faċli minħabba li l-imputat kien diġa magħruf mal-Pulizija. Ġie esebit CD bil-kopja tal-filmat kif ukoll ritratti relatati mas-serqa.
Minn dawn ir-ritratti u filmati jirriżulta b’mod ċar li d-dehra ta’ żewg persuni fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ April 2017. Illi f’wiehed mir-ritratti id-dehra ta’ l-imputat hija ċara hafna fejn qed jidher iħares direttament lejn il-camera. Fir-ritratti jidher ukoll dieħel ħewwa bieb u iktar tard tul il-lejl qrib is-siegħa u nofs ta’
filgħodu joħroġ flimkien ma persuni oħra bi oġġetti f’idejh.
Xehdet ukoll fil-każ Sarah Farrugia mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Hi qalet li kienet għadha kemm isegwi lill-imputat fuq ‘anger management’ u sabiex jgħeleb il-problema tad-droga u joħroġ mid-dinja tal-kriminalità. Spjegat li filwaqt li hemm xi progress, jifdal aktar xogħol xi jsir, speċjalment biex tiġi kontrollata l-impulsività u l-aggressjoni minn naħa tiegħu.
Kirsty Catania spjegat li fil-prezent qed issegwi lill-imputat fil-Facilita
Korrettiva ta’ Kordin fejn qed jieħu parti fi grupp flimkien ma detenuti oħrajn bil-għan li jkun preparat sewwa biex jerġa’ jidħol fil-komuniau jżomm ‘il boghod mill-vizzji u l-kriminalità.
Il-Qorti ordnat lill-ħati iħallas is-somma ta’€6,900 lill-vittma bħal kumpens ta’ l-oġġetti kollha misruqa. il-Qorti ordnat ukoll lil Annise Bejaoui biex iħallas lir-Registratur tal-Qorti l-ispejjeż tal-esperti maħtura fl-inkjesta fis-somma ta’ € 1483.18ċ. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Saviour Baldacchino.
//= $special ?>