Kienu ħafna skejjel li għamlu użu mill-fondi Ewropej allokati għall-Erasmus+ fil-perjodu bejn Jannar
2024 u llum. Bis-saħħa ta’ dawn il-programmi tal-Erasmus attendew kemm għalliem kif ukoll studenti li mhux biss tħalltu u ltaqgħu ma’ studenti mill-Ewropa iżda wkoll ipparteċipaw f’diversi progammi u esperejnzi li saru barra minn Malta.
L-għalliema ħadu sehem f’job shadowing għall-għalliema fi skejjel oħra fl-Ewropa u fi Pupil Mobility u f’seminars għall-edukaturi, uffiċjali edukattivi u Head College Networks.
L- istudenti flimkien mal-edukaturi tagħhom kellhom l-opportunità li jieħdu sehem f’diversi attivitajiet relatati mal-inklużjoni. Studenti u edukaturi Ewropej ipparteċipaw flimkien ma’ edukaturi u studenti Maltin f’diversi attivitajiet u workshops.
Fi Stolberg, Aachen, fil-Ġermanja, fl-iskola ta’ Stadische Gesamtschule Stolberg, 15-il student inklużi studenti bi bżonnijiet speċjali, flimkien ma’ erba’ edukaturi attendew l-iskola u ħadmu ma’ studenti b’abbiltajiet u kulturi u ideat differenti.
Kien hemm ukoll parteċipazzoni f’mobilitajiet u taħriġ ta’ edukaturi fi skola fit-Turkija, fil-Kroazja u taħriġ ieħor f’Bologna, fil-Litwanja,fl-Italja, fl-Iżvezja, fi Spanja, fir-Rumanija, fil-Greċja u f’Porto.
Saret ukoll konferenza nazzjonali ta’ disseminazzjoni: Transforming Education through SOIL – STEAM, Outdoor Learning, Inclusion, Leadership.
Sar ukoll fl-Olanda kors ta’ taħriġ professjonali dwar informed strategic leadership, li kien organizzat mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca. Għal dan il-kors attenda rappreżentant mit-tim tat-tmexxija ta’ kull skola primarja, l-Iskola Medja u l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ.
Maltin, studenti u għalliema, attendew ukoll għal diversi esperjenzi oħra u korsijiet u taħriġ, student exchange, student mobility u vvjaġġar edukattiv ieħor kemm fi Brussell kif ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej.
Din l-informazzjni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri.
//= $special ?>