Lokali Qorti

Żewġt irġiel jinżammu arrestati b’rabta ma’ importazzjoni ta’ kannabis valur ta’ €250,000

Żewġ investigazzjonijiet separati b’rabta ma’ importazzjoni ta’ droga, wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel u s-sejba ta’ droga b’valur fis-suq ta’ madwar il-€250,000. L-irġiel, mill-Malasja u l-Ingilterra tressqu l-Qorti wara nofs inhar quddiem il-Maġistrat Victor Axiak fejn ma saret l-ebda talba għalihom mid-difiża għall-ħelsien mill-arrest.

L-ewwel ma tressaq kien Hew Jun Hui ta’ 34 sena mill-Malasja, bil-prosekuzzjoni tgħid li dan ġie arrestat mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li wasal minn titjira fuq l-Emirates minn Larnaca, Ċipru – nhar it-Tnejn li għadda.

Dan hekk kif waqt tfittxijiet ta’ rutina li kienu qegħdin isiru fuq passiġġieri differenti, ir-raġel, li kien għadu kemm wasal Malta fuq titjira minn Larnaka, deher jaġixxi b’mod suspettuż. Kelb tal-Pulizija innota li kien hemm bagalja suspettuża u ma ipoġġi fuqha. Kien hawn li l-Pulizija staqsiet lill-akkużat biex jagħtihom i-ċavetta ħalli jiftħu l-bagalja, bil-Malasjan iwieġeb li ma kellux.

Kien hawn li ġiet sgassata l-bagalha fejn fiha nstabu xi boroż tal-kannabis. Instabu wkoll xi boroż fil-hand luggage 28 borża. L-akkużat aħad l-akkużu. Wara tressaq, Ingliż ta’ 27 sena, minn Birmingham, bl-isem ta’ Jordan Anthony Gardner.

Huwa kien arrestat waqt li l-Pulizija wettqet konsenja kkontrollata wara li aktar qabel kien kkonfiskat pakkett suspettuż li wasal bil-posta, indirizzat lir-raġel fir-residenza f’Tas-Sliema. Fil-pakkett instabu żewġ kilogrammi droga suspettata kannabis.

Il-prosekuzzjoni qalet li fl-10 ta’ Marzu, li għadda, l-Pulizija ġiet infurmata mill-posta li kienet irċeviet pakketti suspettużi. U hawn beda x-xogħol minn naħa tal-Pulizija fejn email mibgħuta lill-posta minn raġel Ingliż biex ikun jaf fejn wasal ix-xogħol, wasslet biex jinqabad Gardner.

Mistoqsi x’jaħdem, l-Ingliż wieġeb b’mod sarkastiku li jaħdem bħala “delivery courrier”. Bħal Malasjan, huwa wieġeb mhux ħati ta’ importazzjoni u traffikar ta’ droga. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-iffriżar tal-assi taż-żewġ imputati.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Jonathan Pace u John Leigh Howard flimkien mal-Avukat Nadia Ciappara mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Thomas Barbara Sant deher għall-akkużati.