Ekonomija Lokali

Żieda fir-rata tal-għoli tal-ħajja

Fi Frar, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kienet taʼ 2.0 fil-mija, li jfisser żieda mill-1.8 fil-mija taʼ Jannar.

Ir-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Frar 2025 kienet taʼ 2.2 fil-mija.

L-ogħla kontribuzzjoni pożittiva għar-rata annwali tal-inflazzjoni kienet imkejla fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.47 punti perċentwali), mentri l-ogħla kontribuzzjoni negattiva kienet irrekordjata fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.16 punti perċentwali).

Skont l-NSO, iż-żieda fl-għoli tal-ħajja ġiet mill-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.47 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-prodotti tal-ħelu. It-tieni u t-tielet l-akbar kontribuzzjonijiet għall-inflazzjoni annwali kienu nnotati fl-Indiċi tar-Ristoranti u l-Lukandi (+0.46 punti perċentwali) u fl-Indiċi tat-Trasport (+0.32 punti perċentwali), l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti u tat-trasport bl-ajru, rispettivament.