Illum waranofsinhar, il-President tal-Parlament Ewropew laqgħet lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres fil-Parlament Ewropew, għal taħditiet dwar sfidi globali, lejlet il-Kunsill Ewropew ta’ għada. Id-diskussjonijiet bejniethom iffukaw fuq is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna, u s-summit ta’ din il-ġimgħa f’Ġinevra dwar il-pjan ta’ paċi f’Ċipru.
Is-Segretarju Ġenerali Guterres irringrazzja lill-President Metsola għat-tmexxija tagħha u għall-isforzi tal-Parlament Ewropew lejn paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani u l-Ukrajna, u għall-appoġġ tal-Parlament lejn ir-riunifikazzjoni ta’ Ċipru mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti. Hu faħħar ukoll l-isforzi tal-Parlament u r-rwol li jiddefendi d-drittijiet tal-bniedem u jipproteġi l-valuri Ewropej.
Kemm il-President Metsola kif ukoll is-Segretarju Ġenerali Guterres se jieħdu sehem fil-Kunsill Ewropew ta’ għada fi Brussell.
//= $special ?>