Lokali

Ir-Rabtin jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp

Accept Analitiċi cookies to view the content.

L-Erbgħa filgħodu, ir-Rabtin iċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp fit-toroq tar-Rabat. Dan hekk kif fid-disa’ ta’ filgħodu ġiet ċelebrata quddiesa Solenni, mmexxija mill-Kapitlu Metropolitan.

Din il-festa xitwija għandha storja antika ferm. U pajjiżna jirrikonoxxiha bħala ċelebrazzjoni kulturali fejn Malta u Għawdex jieqfu sabiex igawduha bi sħiħ f’festa pubblika.

Preżenti waqt il-quddiesa, kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, flimkien mas-sinjura tiegħu AnneMarie, kif ukoll diversi Deputati, kunsillieri u kandidati tal-PN.

Fi tmiem din il-quddiesa, ċ-ċelebrazzjonijiet għal dan il-jum komplew fit-toroq Rabtin – fejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-okkażjoni li jiltaqa’ ma’ diversi familji li kienu qed jiċċelebraw din il-festa.

Iktar tard huwa kien mistieden għar-riċeviment fil-Każin L’Isle Adam fir-Rabat stess. Hu ġie mistieden biex jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi tal-każin, u hemm kellu l-opportunità jitkellem mal-volontieri li jieħdu ħsieb din il-festa Rabtija.

Intant, meta kien qed iżur lill-familji Rabtin …bosta kienu dawk li rringrazzjaw lil Bernard Grech kif ukoll lill-bqija tad-deputati tal-ħidma tagħhom partikolarment tul dawn l-aħħar ġimgħat.

Bernard Grech żar ukoll il-Każin tal-Partit Nazzjonalista fir-Rabat fejn hemm diversi persuni komplew iwasslu messaġġi ta’ kuraġġ bil-għan li l-PN jibqa’ joħroġ bi proposti għall-ġid tan-nies.