Il-Gvern ta’ Malta sellem il-memorja tal-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawlu Cremona li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 79 sena. Huwa se jkun qed jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral li se jiġi organizzat mill-Istat u l-Knisja nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fid-9:30am b’quddiesa presente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
Tħabbar illi ntlaħaq qbil li l-funeral ta’ Mons. Cremona jkun organizzat mill-Istat u l-Knisja. Dan b’rikonoxximent għas-servizz ġeneruż li ta l-Arċisqof Emeritu lis-soċjetà f’pajjiżna.
Is-Sibt li ġej se jkun ukoll jum ta’ luttu. Aktar dettalji b’rabta mat-tislima lejn Mons. Cremona jitħabbru iżjed ’il quddiem.
//= $special ?>