Mijiet ta’ residenti ingħaqdu mal-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar fejn qed jitolbu sabiex tiżżarma immedjatament il-Capitanerie – sturttura illegali li kienet bdiet tinbena f’Ta’ Xbiex. Dan wara li x-xahar li għadda il-Prim Imħallef Mark Chetcuti ddeċieda li l-permess li ppermetta l-bini ta’ uffiċċju tal-Capitanerie, toilet, ħanut, ristorant, u kafitterija, kien invalidu.
Skont l-FAA, intbagħtu għadd kbir ta’ emails lill-ministeri li jissorveljaw id-Dipartiment għall-Artijiet u Transport Malta, fejn ħeġġuhom ineħħu l-istruttura kontroversjali max-xatt ta’ Ta’ Xbiex.
Minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti, ma ttieħdet l-ebda azzjoni biex tiżżarma l-istruttura li nbniet malajr waqt il-proċess tal-appelli; fi kliem sempliċi, il-binja bdiet tiela xorta waħda minkejja li kien hemm każ pendenti fil-Qorti.
//= $special ?>