Knisja Kultura Lokali

100 sena mill-wasla tal-qniepen tal-knisja tal-Mellieħa

Din hi sena importanti ħafna għall-Melliħin, hekk kif għaddew eżatt 100 sena minn mindu waslu fil-parroċċa u ġew imberkin il-qniepen tas-Santwarju tal-Mellieħa.

Għal dan l-anniversarju qed tiġi organizzata esebizzjoni fil-kampnar tal-Knisja, fejn wieħed jista’ jara arti u pitturi minn 40 esebitur differenti waqt li jkun tiela t-taraġ lejn il-qniepen.

Is-Sagristan tal-parroċċa tal-Mellieħa, Christopher Bartolo spjega ma’ NET News x’se jsir bħala parti minn din il-wirja.

Is-Sagristan kellimna wkoll dwar l-istorja tal-qniepen tas-Santwarju Mellieħi.

Is-Sibt 22 ta’ Marzu bejn it-8am sas-6pm u l-Ħadd 23 ta’ Marzu bejn id-9am sas-6pm se ssir open day sabiex wieħed ikun jista jżur l-esebizzjoni u jara l-qniepen tal-Parroċċa. Se tiġi organizzata wkoll quddiesa ta’ ringrazzjament, is-Sibt fis-6:30pm.