Sal-aħħar tas-sena 2024 kien hemm 227 ġuri pendenti. Fosthom hemm 16-il ġuri appuntat. Il-kumplament qed jistennew li jiġu appuntati jew l-eżitu ta’ proċeduri oħrajn. L-aktar ġuri li ilu pendenti ilu hekk mis-sena 2008.
Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzzjonalista Carm Mifsud Bonnici li staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Johnatan Attard jgħid kemm-il ġuri kien hemm pendenti sal-aħħar tas-sena 2024 u liema huwa l-iktar li ilu pendenti.
//= $special ?>